Illum ħa jivvutaw kważi 2% ta' dawk eliġibbli - hekk kif illum jivvutaw dawk li nhar is-Sibt 11 ta' April ħa jkunu indisposti biex jivvutaw.
L-eluf eliġibbli ħa jivvutaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Barra minn hekk ħa jsiru wkoll il-voti fir-residenzi tal-anzjani.
Kien hemm 4,302 votant li applikaw biex jivvutaw minn qabel għar-referendum dwar il-kaċċa tar-rebbiegħa, filwaqt li 2,088 applikaw biex jivvutaw qabel għall-elezzjonijiet lokali. Fid-djar tal-anzjani ħa jivvutaw 3,040 għar-referendum, filwaqt li 1,307 ħa jivvutaw għall-elezzjonijiet lokali. Dawk eliġibbli biex jivvutaw illum huma votanti li ħa jkunu jew imsifrin jew inkella l-isptar nhar il-11 ta' April.
Il-votazzjoni ħa tkompli l-Ħamis 9 ta' April għall-pazjenti tal-Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t'Għawdex, Monte Karmeli, u l-Isptar Karin Grech. L-assistenti kummissarji elettorali ħa jivvutaw il-Ġimgħa, 10 ta' April.
Il-mistoqsija tar-referendum li għaliha ħa jkunu qed iwieġbu l-votanti hija "Taqbel li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar Qafas biex tiġi permessa Deroga li tiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa tal-Gamiem u tas-Summien fir-Rebbiegħa għandhom jibqgħu fis-seħħ?" Dawk li h uma kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa għandhom jagħżlu 'le', filwaqt li dawk li huma favur għandhom jagħżlu 'iva'.