Wara ġimgħa fl-aħbarijiet, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said, se jkun fil-programm ta' diskusskoni Reporter fejn se jiġu diskussi l-aħħar erbat ijiem tal-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Flimkien ma' Chris Said għad-diskussjoni se jkun hemm is-Segretarju Parlamentari għall-fondi tal-UE u l-Presidenza tal-2017 Ian Borg. Min-naħa tal-Alternattiva Demokratika, se jkun hemm interventi miċ-Chairperson, Arnold Cassola.
Il-Programm immexxi minn Saviour Balzan se jiddiskuti jekk l-interess prinċipali f'dawn l-elezzjonijiet għandux ikun il-partit jew il-lokalità. Jistaqsi wkoll jekk hux qed jintlaħqu l-aspettattivi tar-residenti kif ukoll x'inhuma x-xogħlijiet li qed jitwettqu u l-importanza tar-riżultat aħħari għall-partiti rispettivi.
Il-programm jixxandar illum fl-21.45 fuq TVM.