Jiżdiedu s-servizzi fl-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo

52 pazjent tal-Haematology outpatients, bdew jingħataw is-servizzi tal-outpatients 

52 pazjent tal-Haematology outpatients, bdew jingħataw is-servizzi tal-outpatients
52 pazjent tal-Haematology outpatients, bdew jingħataw is-servizzi tal-outpatients

Matul din il-ġimgħa qed ikomplu jiżdiedu s-servizzi li qegħdin jingħataw mill-isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Fil-fatt illum madwar 52 pazjent tal-Haematology outpatients, bdew jingħataw is-servizzi tal-outpatients fl-isptar il-ġdid. Intant, se jsiru wkoll l-ewwel appuntamenti tal-Paediatric Oncology.

Kien propju f’Diċembru li għadda s-servizzi kollha tal-outpatients li kienu qegħdin jingħataw mill-isptar Sir Paul Boffa bdew jingħataw minn dan l-isptar ġdid. Kien pero għad jonqos biss dawn iż-żewġ speċjalizzazzjonijiet, biex hekk issa l-out patients kollu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ onkoloġija qiegħed jingħata fl-isptar Sir Anthony Mamo.

“Dawn il-kliniċi ddedikati għall-outpatients fl-Isptar Sir Anthony Mamo jfissru li mhux biss il-faċilitajiet huma aktar moderni, imma iktar importanti minn hekk li s-servizzi ser jingħataw b’aktar kumdita’ mhux biss għall-pazjenti u l-qraba tagħhom iżda wkoll għall-konsulenti u għat-tim kompost minn tobba, infermiera u professjonisti oħra. Il-pożizzjoni tal-Isptar Sir Anthony Mamo biswit l-Isptar Mater Dei tfisser li l-pazjenti tal-onkoloġija issa ser igawdu minn aċċess iktar effiċjenti għal servizzi kumplimentari mill-Isptar Mater Dei,” qal is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne.

Fearne zied jgħid li l-isptar Sir Anthony Mamo se jkun qed iħaddan sistemi ġodda bl-għan li pazjenti mhux biss jirċievu kura aktar sofistikata, iżda wkoll sabiex isir l-aħjar użu mill-faċilitajiet moderni spazzjużi u attrezzati li dan l-isptar il-ġdid se jkun qed joffri.

 

B’kollox l-isptar Sir Anthony Mamo se jkun fih 113-il sodda. Meta l-migrazzjoni tkun kompluta fix-xhur li ġejjin l-istaff f’dan iċ-ċentru se jinkludi 96 impjegat ġdid fosthom konsulenta ġdida għall-kanċer tat-tfal.

 

More in Politika