Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana m’għandux fire alarm – UĦM

Il-Ħruġ ta’ Emerġenza, jinsab msakkar b’katnazz

Il-Ħruġ ta’ Emerġenza, jinsab msakkar b’katnazz
Il-Ħruġ ta’ Emerġenza, jinsab msakkar b’katnazz

Wara l-inċident li seħħ aktar kmieni dalgħodu, il-UĦM qalet fi stqarija li hi sodisfatta li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, iżda tiddeplora l-fatt li filwaqt li ġie evakwat kulħadd, ma jistax jingħad l-istess fil-każ tal-Podiatrists. Għal xi raġuni dawn tħallew ġewwa u ma ġewx evakwati kif inhu mitlub u tħallew filpost tax-xogħol tagħhom.  

Aktar minn hekk, dak li suppost hu l-Ħruġ ta’ Emerġenza, jinsab msakkar b’katnazz. Għall-UĦM, dan hu inaċċettabbli u jmur kontra kull prassi dwar is-Saħħa u Sigurtá fil-post tax-xogħol.  

Il-UĦM tinnota wkoll li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana m’għandux fire alarm u għaldaqstant qed tappella lill- awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa b’mod immedjat.   

More in Politika