Ir-referendum biex jgħodd iridu jivvutaw aktar minn 50%
Jekk jivvutaw inqas minn 169,000 ma jkunx jgħodd
More in Politika
Jekk jivvutaw inqas minn 169,000 ma jkunx jgħodd
Ir-referendum ta’ nhar is-Sibt li ġej huwa wieħed abrogattiv li jfisser li ir-riżultat se jkun qed jorbot lill-Gvern u dan ifisser li, biex ir-riżultat tar-referendum ta’ nhar is-Sibt ikun jorbot iridu bilfors joħorġu jivvotaw 169,223 (50% + 1 ta’ dawk eliġibbli) għax f'Malta hawn 338,445 voti eliġibbli.
L-aktar li jinkwieta lil min jinteressah ir-referendum huma ta' dawk il-140,000 vot li m'għandhomx elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u għalhekk jistgħu ma jitħajrux jew isibu motivazzjoni biex imorru jivvutaw f'dan ir-referendum.
Ċifri qed juru li distretti fejn hemm konċentrazzjoni qawwija ta' kaċċaturi l-aktar li nġabru l-voti, bħal Rabat. Ħaż-Żebbuġ u Ħad-Dingli. Iżda anke minn distretti li mhux magħrufa għal kaċċa inġabru ħafna voti bħal Mosta, Balzan u Attard. Bħas-soltu l-inqas distrett li jibqgħu voti mhux miġbura hu d-distrett ta' San pawl il-Baħar, fejn hemm ħafna villeġġanti u barranin jgħixu. Anke fin-naħat ta' Sliema, Gżira u San Ġiljan hemm madwar 11% li ma nġabrux.
Sadattant l-uffiċju elettorali ħabbar li anke jekk ma jkunx hemm kwota biżżejjed il-voti se jingħaddu xorta u joħroġ r-riżultat anke jekk ma jkunx jorbot.