Żagħżugħ Bormliż jammetti li ttraffika d-droga ecstasy

Jingħata sentenz baxxa minħabba li din kienet l-ewwel offiża tiegħu

Żagħżugħ minn Bormla ingħata sentenza ta' ħabs ta' sitt xhur u mmultat €1,500 wara li ammetta li ttraffika d-droga ecstasy.

Biern Farrugia ta' 25 sena ġie arrestat f'Paeville fl-1 ta' Jannar tal-2008 u nstab li kien fil-pussess ta' erba' pillolli ecstasy flimkien ma' €335 fi flus kontanti. Hu ammetta li kien biegħ sitt pilloli oħra f'dak l-istess lejl.

L-ispettur Pierre Grech spjega kif iż-żagħżugħ li kellu 18-il sena meta ġie arrestat kien qal lill-pulizija li kienet l-ewwel darba tiegħu li biegħ id-dorga, għalkemm qal li kien ilu jieħu ecstacy fit-tlett snin ta' qabel.

Il-Maġistrat Marseann Farrugia ikkunsidrat li Farrugia ma kellu l-ebda rekord kriminali u l-ammont ta' drogi misjuba kien wieqħed minimu. Għaldaqstant, is-sentenza mogħtija kienet l-inqas waħda possibli, flimkien ma' multa.

More in Politika