Żieda ta' 3.8% fl-impjiegi

Novembru tal-2014 ra 3.8% żieda fl-impjiegi meta mqabbel ma' Novembru tal-2013

Kien hemm żieda ta' 3.8% fl-impjiegi tul ix-xahar ta' Novembru tal-2014 - dan meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel.

Informazzjoni li ngħatat mill-ETC juri kif f'sena waħda, kien hemm żieda ta' 2.9% fin-numru ta' ħaddiema, biex b'hekk laħaq il-figura ta' 171,956. Dan minħabba żieda fin-numru ta' dawk li qed jaħdmu full-time b'figura ta' 6,022, kif ukoll tnaqqis fil-qgħad reġistrat - b'figura ta' 1,138.

F'Novembru tal-2014 l-aktar li kien hemm żieda fil-postijiet tax-xogħol kien minħabba attivitajiet amministrattivi u servizzi ta' appoġġ, kif ukoll attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi. Kien hemm żieda ta' 3,876 fl-impjiegi fis-settur privat biex b'hekk dan laħaq il-figura ta' 120,964. L-impjiegi full-time fis-settur pubbliku żdiedu b'2,146 - b'figura ta' 44,941.

 

In-numru ta' nies rreġistrati bħala full-time u self-employed żdied b'382 meta mqabbel ma' Novembru tal-2013, filwaqt li n-numru ta' nies rreġistrati bħala impjegati żdiedu b'5,640. Il-impjiegi full-time għall-irġiel tela' b'2.8% filwaqt li għan-nisa tela' 5.5% meta mqabbel mal-2013.

 

More in Politika