L-UE trid tindirizza l-obeżità fost it-tfal - Marlene Mizzi

42 miljun tifel u tifla madwar id-dinja huma obeżi jew b'piż żejjed
 

Marlene Mizzi esprimiet t-tħassib tagħha fuq il-gravità tal-problema ta' obeżità fit-tfulija madwar l-Ewropa, li sfortunatament, hija wkoll kwistjoni kritika ta' saħħa għal Malta. Ir-reazzjoni tal-MEP Laburista giet fid-dawl tar-risposti mogħtija mil-Kummissarju Vytenis Andriukaitis, l-Kummissarju responsabli mis-Saħħa Ewropea kif ukoll mis-sikurezza tal-ikel, dwar kif l-UE tista' tindirizza l-problema tal-obeżità fit-tfulija fost l-Istati Membri. 

“L-obeżità hija definittivament mhux problema unika għal Malta u sfortunatament l-għadd ta' nies li jsofru minn din il-kundizzjoni hija allarmanti madwar l-Ewropa” ikkummentat l-MEP Mizzi. L-obeżità madwar id-dinja, rdoppjat mill-1980, b’aktar minn 600 miljun adult u 42 miljun tifel u tifla taħt l-età ta' 5 snin, jkunu obeżi jew għandhom piż żejjed. Mizzi kkummentat ukoll dwar il-fatt li t-tfal Maltin, huwa fost l-aktar b’piż żejjed, mhux biss fl-Ewropa, iżda wkoll madwar id-dinja, hemm bżonn isiru sforzi żejda biex naraw li dan il-fenomenu ma jkompliex jeskala. Marlene Mizzi talbet lill-Kummissjoni biex tagħti informazzjoni fuq il-prattiki differenti fost l-Istati Membri, ta’ kif tigi indirizzata l-obezità fit-tfulija kif ukoll dwar  l-istadju ta’ implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni fuq Obezita’ fit-Tfulija (2014-2020).

Vytenis Andriukaitis min-naħa tiegħu wieġeb li l-Unjoni Ewropea, taħt l-Istrateġija għall-Ewropa dwar in-Nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-kwistjonijiet ta’ saħħa relatati mal-obezità, il-Kummissjoni, qed tikkordina sħubija ta’ azzjoni orjentata, li tinvolvi it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-għan tagħha hu li jigu diskussi l-aħħar jrassi, kif ukoll jigu diskussi soluzzjonijiet biex jigu indirizzati sfidi bhall-obezità fit-tfulija.  Fi Frar 2014, il-grupp ta' livell għoli qabel dwar Pjan ta' Azzjoni volontarju li tgħin biex  titnaqqas l-obeżità fit-tfal. Is-sistema ta' monitoraġġ attwata bil-kollaborazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) se tiġġenera evidenza dwar l-implimentazzjoni ta' prassi tajbin.

Il-Programmi Ewropej għas-Saħħa ffinanzjaw progetti li trattaw nutrizzjoni u l-attività fizika kif ukoll proġetti li ttrattaw partikolarment l-obezità fit-tfulija. Il-Kummissjoni ser tkompli tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fil-prevenzjoni ghal obeżità fit-tfulija permezz ta ' Azzjoni Konġunta skedata li tibda f'nofs l-2015 kif previst fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni 2014, partikolarment fil-Programm tas-Saħħa adottat F’Mejju 2014.

Marlene Mizzi, b'reazzjoni qalet “Mhux biss din il-problema ta’ l-obeżità qiegħda tikber fl-Ewropa, iżda bħal xi pajjiżi Ewropej oħra, Malta qed tiffaċċja kriżi li se zgur ser taffetwa is-saħħa u l-benessere tat-tfal. Din il-problema ser iżżid ukoll l-infieq għas-saħħa tal-pajjiż biex jirreaġixxu għall-kumplikazzjonijiet li l-obeżità tista’ toħloq fil-futur, bħal mard tal-qalb, dijabete, pressjoni għolja, kanċer u problemi ta' saħħa mentali fost oħrajn. L-obeżità fit-tfal hija problema kumplessa li tikkonċerna l-Istati Membri mhux biss individwalment, iżda l-Ewropa kollha kemm hi. Sfortunatament f'dan l-istadju ma kien hemm ebda miżuri komprensivi fuq livell Ewropew għall-ġlieda kontra din il-problema tas-saħħa. L-obeżità hija u se tibqa' waħda mill-kwistjonijiet l-aktar importanti tas- saħħa pubblika fis-snin li ġejjin, b'hekk jeħtieġ azzjonijiet Ewropej biex tigi indirizzata l-problema ta' obeżità sistematikament madwar l-Istati Membri u fil-politiki kollha kkonċernati.”

More in Politika