00:21 - It-turnout uffiċjali tal-Kummissjoni Elettorali kien ta' 75%
00:10 - Skont ċifri ta' turnout mhux uffiċjali mill-Partit Nazzjonalista jidher li kien hemm turnout kbir f'distretti fejn hemm popolazzjoni ta' kaċċaturi pjuttost kbira
23:10 - Jidher li xi kaxxi diġà bdew jinfetħu fejn il-voti qed jintefgħu wiċċhom 'l isfel u jinġabru f'pakketti ta' 50 vot. Il-kaxxi x'aktarx kienu tal-advanced voters li kienu tefgħu l-voti tagħhom is-Sibt ta' qabel.
22:30 - Jibdew jaslu l-ewwel karozzi tal-linja bil-kaxxi tal-votazzjoni minn lokalitjiet partikolarment żgħar. L-ewwel lokalità kienet dik ta' Ta' Xbiex li kellha biss 3 kaxxi tal-votazzjoni
22.00 - Jagħlqu l-postijiet tal-votazzjoni. Min hawn u ftit ieħor jibda l-ġarr tal-kaxxi lejn iċ-ċentru ta' l-għadd tal-voti fin-Naxxar
20.20: - F'Raħal Ġdid ġie rrapurtat xi ġlied bejn xi assistenti kummissjonarji liema ġlied kien ikontrollat fi ftit ħin.
18:10 - 5 Assistenti Kummissjonarji Elettorali fil-Qala jitkeċċew biex jidħlu 5 ġodda wara li żagħżugħ taħt it-18-il sena li kien eliġibbli biss biex jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali, tefa' l-vot tiegħu fil-kaxxa tar-referendum.
17.36 - Sas-2pm ħarġu jivvutaw 34% ta' dawk eliġibbli li jivvutaw fir-referendum u 31% ta' dawk eliġibbli li jivvutaw fil-Kunsilli Lokali
16.08 - Aġġornament wara 9 sigħat mill-ftuħ tal-votazzjoni
14:01 - Aġġornament wara 6 sigħat mill-ftuħ tal-votazzjoni
13:30 - SHout jirrappurtaw li kien hemm numru kbir ta' nies minn Malta jitilgħu Għawdex biex jivvutaw f'dawn l-elezzjonijiet
12:40 - Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jitfa' l-vot tiegħu fil-post tal-votazzjoni f'Ħal-Lija
12:15 - Stqarrija mix-SHout. Il-Moviment SHout filwaqt li jinnota l-andament ferm pożittiv tal-votazzjoni dalgħodu, jinnota b'dispjaċir inċidenti f'numru ta' polling booths madwar Malta. Fosthom kien hemm inċidenti f'Ħaż-Żabbar, Ħal-Għargħur, is-Siġġiewi, l-Iklin, Tas-Sliema, Santa Venera u San Ġwann fejn persuni bdew iqassmu ballot sheets indikati kif għandhom jivvutaw. Kif ukoll ikellmu anzjani u jgħidulhom kif għandhom jivvutaw. Il-Kummissarju tal-Pulizija u c-Chief Electoral Commissioner ġew infurmati dwar dan. Tmiem tal-istqarrija.
10:55 - Il-prim Ministru jivvota f'Burmarrad
10.45 - Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma' martu Michelle, mistennija jivvutaw f'Burmarrad minn mument għall-ieħor, għar-referendum kif ukoll għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali
10:00 - Il-kelliema ta' SHout, Moira Delia marret tivvota fil-post tal-votazzjoni ta' San Ġiljan
9:55 - Din l-elezzjoni tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa mhux qed tattira attenzjoni biss f'Malta imma anke f'pajjiżi oħra, b'rappurtaġġ online f'gazzetti prominenti bħal 'The Guardian' u 'BBC'
9:40 - Diversi votanti, fosthom Norman Vella qed jgħidu li meta daħlu sabiex jivvutaw, il-Pulizija mal-post tal-votazzjoni talbuhom biex jagħtuhom il-mobiles u mhux sempliċement jitolbuhom biex jitfuhom sakemm jivvutaw. Dawn il-każi ġew rrappurtati fl-Imqabba u ż-Żurrieq fost l-oħrajn.
9:25 - Il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca għadha kif marret tivvota flimkien mas-Sur Edgar Preca fil-post ta' votazzjoni ta' Ħal-Balzan
9:10 - Il-Kap tal-Oppożizzjoni mistenni jivvota f'Ħal-Lija għall-ħabta ta' nofsinhar
9:00 - Il-Prim Ministru u martu Michelle se jkun qed jivvutaw fl-10.30am f'Burmarrad
8:50 - Diversi persuni rrapurtaw li xi nies qrib il-postijiet tal-votazzjoni kienu qed iqassmu xi leaflets relatati mal-kampanja tal-IVA għar-referendum. Kien hemm ukoll xi każi rrappurtati fejn bdew jitqassmu specimen tal-vot, b'salib fil-kaxxa tal-IVA.
7:00 - Il-Postijiet tal-votazzjoni madwar Malta u Għawdex fetħu għall-votazzjoni għar-Referendum u l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fejn dawn se jsiru
94% tal-voti f'dawn l-elezzjonijiet ġew miġbura. Il-votanti kellhom ċans sal-Ħamis f'nofs il-lejl biex jiġbru d-dokument tal-vot tagħhom mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali jekk dan ma kienx wasal fir-residenza tagħhom.