“Nistennew li l-Prim Ministru iżomm kelmtu u jgħalaq l-istaġun tal-kaċċa jekk ikun hemm irregolaritajiet minn naħa tal-kaċċaturi.” Dan qalu Mark Sultana waqt konferenza stampa li fiha spjega li x-xogħol tal-Birdlife mhux se jkun affettwat bir-riżultat tar-referendum.
Sultana qal li r-riżultat tal-lum ma kienx xi biċċa xogħol ta’ biss 6 ġimgħat. “Birdlife ilha snin taħdem u l-fatt li daqstant nies ma beżgħux juru li mhux se jiddejqu joħorġu jivvutaw u jivvutaw LE, hu ta’ nkoraġġiment kbir għalina.”
Il-kelliem kompla jgħid li l-51% favur ma jfissirx li huma kollha kaċċaturi. “Nafu li ħafna jimxu wara l-linja tal-mexxejja politiċi tagħhom u għalhekk il-vota ta’ dawk id-49% ma jistgħax ikun injorat”.