Il-kamp tal-IVA rebaħ ir-referendum b'50.4%. Iżda dan ir-riżultat dar favur dan il-kamp grazzi għal Għawdex fejn jekk wieħed jneħħi Għawdex l-Le rebaħ fuq l-IVA bi 3,136 vot. Minkejja kollox, b'Malta u Għawdex flimkien, il-kamp tal-IVA rebaħ ir-referendum tal-kaċċa fir-rebbiegħa b'2,200 vot.
Il-kamp tal-Le rebaħ l-1 distrett, it-8, d-9, l-10,11 u 12-il distrett bil-kamp favur l-IVA rebaħ it-2, 3, 4, 5, 6, 7 u 13-il distrett.
Dan ir-riżultat ġie ċċelebrat b'diversi carcades madwar Malta u Għawdex fejn fil-carcades Għawdxin dehru diversi tfal, żgħażagħ u rġiel libsin l-ilbies sinonimu tal-kaċċaturi bil-vannijiet mimlija bil-friegħi taż-żebbuġ.