L-iktar rebħa viċina minn fost kull referendum

Rebħa għall-vot tal-IVA b'marġini ta' 0.8%

Ir-referendum dwar jekk għandhiex tibqa' fis-seħħ id-deroga li tippermetti l-kaċċa fir-rebbiegħa intrebaħ bl-inqas maġġoranza rekordjata fl-istorja tar-referenda, hekk kif intrebaħ b’maġġoranza ta’ 2,220 vot, li f’termini ta’ persentaġġi, jirrappreżenta f’0.8% tal-voti.

Bis-saħħa ta’ dan, għada se jkun qed joħroġ il-permess legali li permezz tiegħu se jkun qed jinfetaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Dan jippermetti li l-kaċċaturi jikkaċċjaw għal 20 nofstanhar, bil-kundizzjoni li tinżamm il-kwota ta’ 11,000 gamiema u 5,500 summiena.

It-turnout f’din l-elezzjoni kien wieħed partikolarment tajjeb, speċjalment meta jiġu kkunsidrati lokalitajiet li ma kellhomx elezzjonijiet tal-kunsilli lokali x’jivvutaw fihom. Kien hemm ukoll oħrajn li għandhom konċentrazzjoni akbar ta’ kaċċaturi li fihom ġiet innutata turnout pjuttost kbira bħal fid-distretti numru 5, 6 u dak Għawdxi numru 13, li kellhom turnout ta’ 81%.

L-akbar ammont ta’ voti li kien hemm favur l-IVA dehru fid-distrett Għawdxi, b’14,179 li huma 62.1% tal-voti fid-distrett.

Min-naħa l-oħra, id-distrett li fihom deher l-akbar numru ta’ votanti li kienu kontra li titkompla din id-deroga, kien fl-10 distrett bi 12,224 vot, li huwa 70% tal-votanti f’dan id-distrett.

Bħala distribuzzjoni ta’ voti skont id-distretti, kienu 7 dawk li kellhom maġġoranza favur l-IVA waqt li 6 kellhom aktar voti favur il-LE. Kienet ċara li f’dawk id-distretti li partikolarment hemm konċentrazzjoni qawwija ta’ kaċċaturi, bħal fid-distretti 6 u 7, kien hemm vot ikbar favur it-tkomplija tad-deroga.

Bosta huma tal-idea li l-fatt li ż-żewġ kapijiet tal-partiti tkellmu dwar il-pożizzjoni tagħhom favur il-vot tal-IVA f’dan ir-referendum, kellu l-impatt tiegħu fuq il-votanti.

Interessanti l-ammont ta’ voti invalidi f’dan ir-referendum, meta tqis id-distakk bejn il-voti tal-IVA u tal-LE. F’kull distrett kien hemm iktar minn 100 vot invalidu, bil-medja tkun ta’ 183 vot u d-distrett li l-aktar kellu voti invalidi kien is-6 distrett b’268 vot.

Fil-konferenza stampa li ta l-Prim Ministru wara t-tħabbira tar-riżultat, qal li dan huwa mument li fih qed jingħata ċans ieħor lill-kaċċaturi li jsegwi l-liġi. Minbarra dan, Joseph Muscat afferma kif mhux se jittollera illegalitajiet u lest li jerġa’ jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa bħalma kien għamel fl-istaġun tal-ħarifa.

Dan kien l-ewwel referendum tan-natura tiegħu minħabba li kien abrogattiv, hekk kif kien imsejjaħ mill-poplu wara ġbir ta’ firem li jammontaw għal 10% tal-popolazzjoni tal-votanti.

 

 

Distrett

Votanti eliġibbli

Voti Validi

Voti invalidi

IVA

IVA %

LE

LE %

1

24,179

16,222

184

7,535

46.40

8,687

53.6

2

24,721

16,971

141

10,511

61.90

6,460

38.1

3

26,011

17,630

111

9,938

56.40

7,692

43.6

4

24,489

18,004

187

9,876

54.90

8,128

45.1

5

26,962

21,518

187

12,874

59.80

8,644

40.2

6

25,505

20,610

268

12,147

58.90

8,463

41.1

7

26,754

21,227

212

13,239

62.40

7,988

37.6

8

25,945

18,654

122

7,540

40.40

11,114

59.6

9

25,546

18,273

117

6,415

35.1

11,858

64.9

10

24,969

17,466

129

5,242

30

12,224

70

11

27,747

22,154

238

8,239

37.2

13,915

62.80

12

27,320

19,097

158

8,699

45.6

10,398

54.40

13

28,299

22,822

325

14,179

62.1

8,643

37.9

TOTAL

338,447

250,648

2,379

126,434

50.08

124,214

49.92

 

 

More in Politika