Illejla REPORTER se jkun qed jiddiskuti r-riżultat tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Il-programm se jagħmel analiżi tar-rebħa mill-kamp tal-IVA favur li Malta żżomm il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Il-programm tal-lejla se jkun ippreżentat minn Frederick Attard li fost oħrajn se jistaqsi x'inhi t-triq il-quddiem fuq is-suġġett tal-kaċċa. Jistqasi jekk ir-referendum serviex ta' giljottina fuq deċiżjoni li qatt ma ttieħdet mill-politiċi u kif se jinstab il-bilanċ li qed ikun mistenni miż-żewġ naħat.
Mistoqsijiet oħra huma dwar x'mar ħażin fis-sondaġġi li kienu qed isiru u kem kienet ta' influwenza d-d-eċiżjoni tal-Mexxejja Politiċi li ddikjaraw bil-quddiem kif kienu se jivvutaw.
REPORTER jixxandar illejla fid-8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm