Il-president tal-ECB attakkat....bil-konfetti
Mario Draghi mwaqqaf waqt konferenza stampa minn dimostranta
More in Politika
Mario Draghi mwaqqaf waqt konferenza stampa minn dimostranta
Il-president tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, ġie mwaqqaf waqt konferenza stampa minn dimostranta tgħajjat "waqqfu id-dittatorjat tal-Bank Ċentrali Ewropew."
Mario Draghi kien qiegħed jitkellem dwar politika monetarja ġdida meta mara qabżet fuq il-mejda tiegħu u bdiet titfagħlu minn kollox, l-aktar karti li kienu jidhru qishom konfetti. Hija kienet liebsa flok bl-istess messaġġ.
Dak il-ħin twaqqaf il-filmat tal-konferenza stampa hekk kif intervjenew uffiċjali tas-sigurtà. Jidher li Draghi, għalkemm kien ftit sorpriż mhux ħażin ma weġġax, u kompla l-preżentazzjoni tiegħu ftit wara.
Għadu mhux ċar min hi l-mara u x'wassalha li tagħmel hekk, imma bosta qed jispekulaw li hija minħabba l-problemi finanzjarji kbar li hemm fil-Greċja - li għad trid terġa' tikseb fondi tal-bailout, inkluż mill-ECB.