Fi Frar tal-2015 kien hemm żieda ta' 1.1% fil-produzzjoni industrijali fiż-żona Ewro meta mqabbel max-xahar ta' qabel u b'0.9% fost il-pajjiżi tal-EU kollha. Dan skont il-Eurostat, f'rapport li juri wkoll li fi Frar 2015 il-produzzjoni industrijali żdiedet b'1.6% meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena l-oħra fiż-żona Ewro u b'1.4% fil-pajjiżi tal-EU kollha.
Meta mqabbel ma' Jannar tal-2015, Malta kellha l-akbar tnaqqis b'1.3%, segwita mill-Bulgarija u l-Portugall b'0.6% u 0.5% rispettivament. L-akbar żidiet ġew reġistrati fl-Irlanda b'16.3%.
Meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra l-akbar żidiet kienu rreġistrati fl-Irlanda 30.3%, l-Olanda b'6.6% u l-Ungerija b'5.9%. L-akbar tnaqqis ġie rreġistrat fil-Fillandja bi tnaqqis ta' 5.2%.