Il-pitkala bi protesti kontra avviż legali tal-Gvern

Il-pitkala issa jridu jipprovdu garanzija tal-bank li mhux kulħadd jiflaħ għaliha

Adrian Delia - l-avukat għal pitkala
Adrian Delia - l-avukat għal pitkala

Protesti kontra riforma tal-gvern minn grupp ta' pitkala, hekk kif din ir-riforma ħa tbiddel l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta' operazzjoni tagħhom.

Illum, numru ta' pitkala ma tħallewx jidħlu l-pitkalija wara li ma setgħux jipprovdu garanzija tal-bank. Dawn skoprew li l-post li huma jikru fil-pitkalija stess ittieħed minn pitkala oħra. Kien hemm ukoll preżenza kbira ta' pulizija.

Adrian Delia, avukat li qed jirrappreżenta lill-grupp qal li l-pitkala qatt ma ġew ikkonsultati dwar din ir-riforma, li ġiet ippubblikata bħala legal notice f'Diċembru tal-2014 wara laqgħa waħda biss. Dan il-legal notice jgħid li l-pitkala, mill-31 ta' Marzu 2015 jridu juru garanzija tal-bank ekwivalenti għal 10% tal-bejgħ li sar f'sena waħda. Il-pitkala, skont il-liġi, jitħallsu 8% biss tal-bejgħ li jinnegozjaw. Mhux kulħadd b'hekk jiflaħ li jleħħaq ma' dawn ir-rekwiżiti l-ġodda. 

Delia qal li l-gvern beda jinnegozja l-kundizzjonijiet għal tibdiliet fil-liċenzja wara li l-bank APS, li kien jieħu ħsieb it-tranżizzjonijiet qabel, ma ġedditx l-kuntratt tiegħu sabiex jibqa' jagħmel hekk, għaliex ħass il kien riskju kbir.

"Ir-riforma għandha l-għan li żżid il-kontabilità u t-trasparenza u m'għandhiex x'taqsam mal-impożizzjoni ta' kundizzjonijiet ġodda fuq dawn il-pitkala" qal Delia, filwaqt li żied li "l-pitkala mhux kontra r-riformi u t-tibdiliet li għandu bżonn isir fil-pitkalija". Huwa argumenta li s'issa r-riforma qed isservi biss biex iżżid il-piż fuq il-pitkala u fuq l-għixien tagħhom.

 

More in Politika