Roderick Galdes jfiehem xi tfisser il-kelma fragranti għall-Gvern

Offiżi flagranti jfissru abbużi fit-tul

Is-segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li jittieħdu passi neċessarji jekk l-abbuż fil-kaċċa jkun kontinwu u jkun hawn illegalitajiet.

is-segretarju parlamentari għad-drittijiet tal-annimali qal li l-gvern jkollu bżonn provi ta' abbuż kontinwu u flagranti biex l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa jitwaqqaf. "Il-prim ministru uża l-kelma offiża flagranti li tfisser abbuż fit-tul.". Galdes kompla jgħid li jkun immatur jekk il-gvern jiddeċiedi li jagħlaq l-istaġun fuq dak li ġara l-bieraħ għax wieħed irid jara kif se jiżvolġu l-avvenimenti fejn qal li s-sitwazzjoni tidher kalma fejn il-liġi nfurzata qed tittieħed bis-serjeta. " Il-gvern kien ċar meta qal li mhux se jittollera abbuż u l-każ tal-bieraħ juri eżatt dak li qal il-gvern fejn il-persuna li naqabd jispara fuq tajra protetta, ittella l-qorti dak in-nhar stess u s-sentenza ingħatat fl-istess jum.

 

 

 

 .

More in Politika