Il-Prim Ministru se jżur l-Azerbaijan lejn tmiem ix-xahar
Skont rapporti fuq portal minn Azerbaijan li bħalissa qed jiġi attakkat għal nuqqas ta' drittijiet umani
More in Politika
Skont rapporti fuq portal minn Azerbaijan li bħalissa qed jiġi attakkat għal nuqqas ta' drittijiet umani
Il-Portal News.AJ qed jirraporta li lejn tmiem dan ix-xahar il-prim ministru Malti se jżur l-Azebaijan. Il-Kumitat tax-xogħol mad-Diaspora tal-istat qal lill-APA li l-iskop ta' din iż-żjara hu li jattendi it-tielet Forum tax-Shared Societies organizzat minn Nizami Ganjavi International Center u issaportjat mill-kumitat. Il-Prim Ministru Malti se jingħaqad fid-diskussjonijiet f'dan il-forum u se jagħmel diskors fuq l-Unjoni Ewropea u l-politika tagħha mal-ġirien.
Joseph Muscat kien żar l-Azerbaijan f'Diċembru li għadda fejn iddiskuta l-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f'diversi aspetti waqt diversi laqgħat uffiċċjali.
Sadattant l-Amnesty International qed tipprotesta ma' dan il-pajjiż fejn qed tgħid li d-drittijiet umani f'dan il-pajjiż laħaq il-qiegħ. 100 ġurnata qabel il-Logħob Ewropew li se jsir f'dan il-pajjiż l-Amnesty International qed tgħid li hemm madwar 22 priġunier politiku jistenna li jgħaddu ġuri, kollha akkużati b'akkużi mibnija fuq fatti li mhux vera ta' frodi, abbużu ta' droga u anke tradiment tal-pajjiż. Anzi minn investigazzjoni li saret f'Diċembru instab li priġunieri politiċi b'kollox hemm madwqar 98 li huma miżmuma mir-reġim tal-president Ilham Aliyev, fejn dan hu msemmi li qed iwaqqaf kull liberta ta' espressjoni.
Hemm rapport ukoll li Leyla Yunus mara ta' 60 sena li talbet li jsir boykott lil logħob Ewropew ġiet arrestata u mitfugħa l-ħabs flimkien ma' żewġha Arif.