L-AD tkompli żżid l-appoġġ

Il-medja tal-AD f'7 Kunsilli Lokali kienet ta' 3.35%

Wara l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, Alternattiva Demokratika nnutat il-progress li l-partit qed jagħmel f'dawn l-istess elezzjonijiet. Dwar dan, iċ-chairperson ta' AD Arnold Cassola rringrazzja lil dawk kollha li għażlu li jivvutaw lil AD u lill-kandidati tagħha f'dawn l-elezzjonijiet. "Waqt li hija ħasra li AD ma sabitx kandidati biżżejjed biex jikkontestaw l-elezzjonijiet f'isem l-Alternattiva Demokratika f' 27 mill-34% tal-Kunsilli Lokali, irnexxielna niksbu medja ta' 3.35% fis-seba' lokalitajiet li kkontestajna fihom u eleġġejna kandidat, lil Ralph Cassar f'Ħ'Attard.

"Ikkontestajna fil-Qala u f'Ħaż-Żebbuġ għall-ewwel darba. Fil-ħames lokalitajiet l-oħra, rreġistrajna żieda żgħira fl-ammont ta' voti li rnexxielna nġibu, mill-elezzjonijiet preċedenti. Minkejja, li mhix xi ħaġa ta' barra minn hawn, fix-xena bipartitika ta' Malta, riżultat ta' 3.35% jirrapreżenta porzjon rispettabbli tal-elettorat Malti u Għawdxi, li m'għandux jiġi injorat."

B'mod individwali, f'kull lokalità, il-voti u l-persentaġġi tal-AD kienu dawn:

Ħal Qormi                 104        1%

Il-Qala                        24        1.5%
In-Nadur                     46        1.6%
Ħ'Attard                     492       7.3%
San Ġiljan                  234       5.4%
San Pawl il-Baħar       275       3.5%
Ħaż-Żebbug               218        3.1%

Medja fuq is-7 lokalitajiet  =  3.35%

More in Politika