Il-Gvern laqa' b’sodisfazzjon l-iżviluppi li kien hemm fl-aħħar jiem fejn issa l-Pitkala kollha ħallsu l-garanzija bankarja mitluba mill-Gvern biex ikun assigurat ħlas fil-pront lill-bidwi jekk xi pitkal jaqa’ lura mill-ħlasijiet.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal li kien importanti li kull stakeholder jkun on-board għar-riforma li qed titwettaq fil-Pitkalija.
Hu qal kif ir-riforma issa tista tkompli timxi ’l quddiem, bil-passi li jmiss ikunu l-grading tal-prodott, l-iżvilupp u l-użu ta’ sistema teknoloġika għat-traċċabilità tal-prodott, investiment fl-infrastruttura u sistema ta’ kontroll fuq il-kaxxi.
Il-Gvern hu kommess li jkompli jissalvagwardja l-interessi tal-bdiewa filwaqt li jkompli bit-titjib u l-immodernizzar tal-Pitkalija kif meħtieġ.