Il-'vera aħbar' tkun jekk l-UE tasal għal ftehim - JM

Il-mexxejja Ewropej jiltaqgħu biex isibu soluzzjoni għall-kriżi tal-immigrazzjoni

Joseph Muscat fil-bini tal-Kunsill fi Brussell
Joseph Muscat fil-bini tal-Kunsill fi Brussell
Il-laqgħa ħa ssir fil-bini tal-Kunsill fi Brussell - dak magħruf bħala Justus Lipsius
Il-laqgħa ħa ssir fil-bini tal-Kunsill fi Brussell - dak magħruf bħala Justus Lipsius

"Inħoss li l-klima politika inbidlet u issa jista' jsir xi ħaġa." Dan qalu l-PM Malti Joseph Muscat mal-wasla tiegħu fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, hekk kif ammetta li "xi ħaġa" mhix biżżejjed u qal li "il-vera aħbar" tkun jekk illum l-UE tasal għal ftehim u tagħti l-appoġġ politiku għall-operazzjoni tiffoka fuq it-traffikanti tal-immigranti u l-bastimenti tagħhom, inkluż it-tifrik ta' dawn l-istess bastimenti.

Intant il-PM Taljan, Matteo Renzi qal li jinstab "ottimist, li fl-aħħar nistgħu ngħidu li hemm ċaqlieq f'dak li qed isir fl-Ewropa."

 

Aktar kmieni...

Jibdew jaslu l-Kapijiet ta' Stat tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fil-bini tal-Kunsill - il-Justus Lipsius fi Brussell. Dan hekk kif fl-4pm tibda' l-laqgħa għolja sabiex il-mexxejja jaslu għal ftehim dwar x'għandu jsir fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni, hekk kif nhar il-Ħadd li għadda tilfu ħajjithom aktar minn 800 persuna fil-baħar Mediterran.

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Ministri tal-Affarijiet Barranin u Interni tal-UE fasslu pjan ta' 10 miżuri - liema pjan ħa jiġi diskuss illum mill-mexxejja tal-istati. Aktar kmieni llum inħareġ ukoll abbozz tal-konklużjonijiet li beħsiebhom jittieħdu f'din il-laqgħa għolja, hekk kif il-gazzetta Ingliża The Guardian ippubblikat dokument konfidenzjali li fih jingħad li bosta mill-immigranti li jaslu fl-Ewropa, li fil-maġġoranza tagħhom jidħlu fl-Italja u f'Malta, ħa jintbagħtu lura permezz ta' programm rapidu ta' ripattriazzjoni.

Fost il-kummenti inizzjali li ttieħdu lill-mexxejja kien hemm dak li ta David Cameron, li qal li “Meta jiġru dawn it-traġedji l-Ingilterra dejjem hemm…din id-darba mhux ħa tkun eċċezzjoni”.

Alexander Stubb, il-Prim Ministru Fillandiż qal li l-għan ta’ dawn il-laqgħat huma li jiefqu dawn it-tip ta’ traġedji. “Din mhix kwistjoni ta’ mistħija – jekk hemm min qed jaħrab għal ħajtu irridu nagħmlu xi ħaġa bil-Frontex.tu – aħna tat-Tramuntana nifhmuha sew.” waqt li kompla jgħid li “L-UE falliet għax 800 persuna għadhom kif tilfu ħajjithom. Falliet għax għadhom deħlin l-immigranti. Huwa dan li ħa nipprovaw nirranġaw.”

More in Politika