Summit Straordinarju bejn l-UE u l-Afrika se jsir f'Malta

Jintemm is-summit Ewropew dwar l-immigrazzjoni

Ritratt – DOI – Reuben Piscopo
Ritratt – DOI – Reuben Piscopo

Il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jxekkel in-networks tat-traffikar tal-immigranti, u li jidentifika, jaqbad u jidistruġġi d-dgħajjes qabel jiġu wżati mit-traffikanti. Wara 4 sigħat ta' diskussjonijiet mit-28 kap ta' stat tal-UE ġie deċiż li se jsir summit speċjali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Afrikana u xi pajjiżi li huma nvoluti f'dan it-traffikar, f'Malta aktar tard din is-sena.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-ewwel kummenti lill-ġurnalisti qal li minn dan is-summit ħarġu żewġ affarijiet kruċjali. L-ewwel nett li issa fl-aħħar qed jintbagħat sinjal lill-kriminali li mhix se tħallihom għaddejjin, u t-tieni li se jkun hemm żieda fl-isforz umanitarju, għalkemm dan għadu mhux biżżejjed. Iżda hu sinjifikanti fuq żewġ fronti - l-isforzi għal operazzjoni Triton se jitripplaw, għalkemm mhux biżżejjed u qed niabgħtu sinjal ċar lil kriminali li l-logħba inbidlet issa."

More in Politika