Strateġija għall-Edukazzjoni Ogħla u Politika Nazzjonali għall-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali

L-għan huwa li jintlħaqu miri speċifiċi relatati mal-Edukazzjoni Ogħla

L-għan huwa li jintlħaqu miri speċifiċi relatati mal-Edukazzjoni Ogħla
L-għan huwa li jintlħaqu miri speċifiċi relatati mal-Edukazzjoni Ogħla

L-iStrateġija għall-Edukazzjoni Ogħla u l-Politika Nazzjonali għall-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET) għal Malta tnedew waqt seminar organizzat mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Edel Cassar, Kap Eżekuttiv tal-NCFHE spjegat kif l-entità ser tkun qed tmexxi l-implimentazzjoni tal-iStrateġija għall-Edukazzjoni Ogħla. Cassar qalet li din l-istrateġija hija mfassla skont id-direzzjoni strateġika proposta fil-Framework for the Education Strategy for Malta 2014 to 2024. L-għan huwa li tilħaq miri speċifiċi relatati mal-Edukazzjoni Ogħla li twassal lejn kwalifika f’livell 5 jew aktar skont il-Malta Qualifications Framework. Spjegat il-miżuri mmirati li jindirizzaw numru ta’ oqsma ta’ tħassib u prioritajiet ewlenin bl-għan li jwasslu lejn żieda fil-parteċipazzjoni tal-istudenti u l-kisbiet tagħhom, tonqos id-differenza bejn is-sessi, ninkoraġġixxu kontenut u korsijiet aktar innovattivi, u żieda fl-opportunitajiet ta’ xogħol u intraprenditorjat. Enfasizzat ukoll fuq l-importanza tal-flessibilità u l-bżonn li dawk kollha involuti jikkollaboraw fl-aħjar interess tal-istudenti.

Matul din l-attività l-NCFHE ppreżentat ukoll ir-rapport Further and Higher Education Statistics li jkopri s-snin 2013 and 2014. Dan huwa riżultat ta’ eżerċizzju annwali li jiġbor statistika mill-entitajiet li jipprovdu edukazzjoni avvanzata u ogħla f’Malta.

 

More in Politika