Il-Vatikan ma jaqbilx mal-ftehim tal-UE dwar l-immigranti

Li tispara fuq id-dgħajjes tat-traffikanti hi bla sens u perikoluża jgħid il-kardinal

Il-Knsija Kattolika ma qablitx mal-aħħar dikjarazzjoni li ħarġet mil-laqgħa tal-Kapijiet tal-Unjoni ewropeja fis-summit li sar b'urġenza fejn qalet li hemm nuqqasijiet kbar f'din id-deċiżjoni u l-proposti jistgħu jipperikolaw il-ħajjiet.

Dan qalu l-Kardinal Antonio Maria Veglio li jippresiedi l-Kunsill pontifiku fuq l-immigranti u ġie rappurtat fuq l-Ansa. 
    "Li żżid il-fondi fuq il-patrol Triton u l-operazzjonijiet ta' salvataġġ hi xi ħaġa iżda mhux se ssolvi l-problema. Hemm bżonn programm fit-tul u politika serja dwar l-immigrazzjoni. Hu qal li l-Ingliżi huma egoisti li ma jridux jieħdu l-ebda immigrant salvat.  

"Kulħadd lest li jagħti l-flus basta ħadd mill-immigranti ma jmur f'darhom. Din mhix soluzzjoni."
Dwar li jimbumbardjaw id-dgħajjes, il-kardinal qal li meta tibbumbardja pajjiż hu att ta gwerra. Min se jigarantixxi li l-bombi mitfugħa mhux se joqtlu ħajjiet. Tistgħu tiddistruġġu d-dgħajjes iżda l-problema ta' immigranti li qed jaħarbu minn gwerer, persekuzzjoni u miżerja se tibqa teżisti. Nies iddisprati se jibqgħu jfittxu toroq oħra biex jaħarbu...jew jagħmlu iżjed dgħajjes inkella jaħarbu minn fuq l-art."
   

More in Politika