Il-Gvern jixtri proprjeta fiċ-Ċina għal żewġ miljun ewro

Proprjeta f'Shangai li mistennija tintuża bħala konsulat....Shangai hi l-bażi ta' Sai Mizzi Liang

Il-Malta Today ħabbret li l-gvern akkwista proprjeta ġdida f'Shangai, l-akbar belt fiċ-Ċina. Malta Today qalet li saret taf b'dan l-akkwist li ġej min-naħa tal-ministeru tal-affarijiet barranin ma' Shanghai Hui Jing Real Estate Development Co. Ltd. Il-prezz minfuq hu ta' €2.01 miljuni.

Malta Today hi infurmata li l-proprjeta għandha 'area' ta' 238 metri kwadri li nbiegħet bis-somma ta' €8,445 kull metru kwadru.

Il-porprjeta hi mistennija tintuża għal preżenza ta' konsulat f'Shangai, li hu wkoll il-bażi ta'  Sai Mizzi Liang – il-mara tal-ministru tal-enerġija Konrad Mizzi - li kienet appuntata bħala invjat speċjali għal Malta Enterprise fl-2013.

Għalkemm Sai Mizzi ma taqax direttament taħt il-ministeru tal-affarijiet barranin, il-ministru George Vella kien qal fl-2014 li se jinfetaħ konsulat Malti ġdid f'Shangai.

 

More in Politika