Enfasi fuq it-tilqim tal-ħosba

Kien hemm żieda fil-każi rrappurtati

Kien hemm żieda fil-każi rrappurtati
Kien hemm żieda fil-każi rrappurtati

Matul il-ġimgħa li għaddiet madwar id-dinja kollha kienet imfakkra ġimgħa għall-kuxjenza dwar it-tilqim. F’Malta d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa tella’ attività fil-kumpless Gallarija fil-Fgura biex jagħti aktar għarfien dwar it-tilqim lill-pubbliku inġenerali.

Fi żjara li għamel f'din l-attività, is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne ħeġġeġ lill-ġenituri biex jaraw li wliedhom ikunu ħadu t-tilqim kollu neċessarju.

“Din is-sena b'mod internazzjonali qed issir enfasi fuq it-tilqim tal-ħosba, minħabba li b'mod internazzjonali kien hemm żieda fil-każi rrappurtati, anke fl-Ewropa,” qal Fearne.

Matul l-2013 kien hemm 145,700 imwiet kawża tal-ħosba fl-Ewropa.

“L-evidenza hija ċara li l-aqwa protezzjoni kontra l-ħosba hija t-tilqima. F'Malta din it-tilqima li tingħata f'żewġ dożi, hija pprovduta b'xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa,” qal is-Segretarju Parlamentari.

Fearne żied jgħid li f'Malta, l-mard li hawn tilqim kontrih huwa baxx. “Is-sena li għaddiet f'Malta ma kien hawn l-ebda każ ta' ħosba rrappurtat. Dan huwa grazzi ta' programmi ta' tilqim tajbin ħafna li għandna, fejn 98% ta' dawk intitolati għaliha, jieħdu l-ewwel doża tal-vaċċin tal-ħosba u 94% jieħdu t-tieni doża tal-MMR."

 

 

More in Politika