Gonzi ma jaċċettax li jiftaħ il-Parlament il-ġdid

Jgħid li l-bini għandu jkun inawgurat mill-President

L-eks prim ministru Lawrence Gonzi irrifjuta b'mod ġentili invit mill-Gvern Laburista li jinawgura l-bini tal-Parlament il-ġdid disinjat minn renzo Piano u li sewa  €45 miljun. Il-bini se jkun inawgurat l-ġimgħa d–dieħla meta l-membri parlamentari se jirritornaw il-Parlament wara l-waqfa tal-Għid.

Wara li The Times ħarġet rapport li l-bini se jinfetaħ mill-President u mhux mill-eks Prim Ministru sew l-uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll Lawrence Gonzi ikkonfermaw li l-invit biex jiftaħ il-bini tal-parlament li tant qajjem kontroversji kien għal Gonzi iżda dan irrifjuta li jagħmel dan għax skont Gonzi qal li l-inawgurazzjoni hi okkażżjoni solenni li tisimbolizza d-dinjita ta' Malta bħala stat sovran b'demokrazija matura. Qal b'hekk jixraq li l-bini jkun inawgurat mill-Kap tal-istat li skont il-kostituzzjoni hi fdata biex tirrapreżentana lkol bħala poplu b'karaterristiċi uniċi tagħna.

Gonzi qal li jkun insult għal president u għall-ispeaker, il-parlamentari u dawk fostna li mhux influwenzati b'bias politiku antikwat.  

More in Politika