Verifika aktar "effiċjenti" mill-NAO dwar l-bini tal-GWU fil-Belt

Owen Bonnici jsostni li l-Gvern mhux kontra investigazzjoni mill-NAO

Owen Bonnici u Jason Azzopardi waqt laqgħa tal-PAC
Owen Bonnici u Jason Azzopardi waqt laqgħa tal-PAC

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-MPs tal-gvern ħa jressqu l-possibilità li jkun hemm verifika aktar "effiċjenti" mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO) fuq il-bini mikri tal-GWU fil-Belt - liema bini qiegħed fuq art pubblika fil-Kummitat tal-Kontijiet Pubbliċi fil-Parlament. (PAC)

Bonniċi ppropona li jkun hemm bidla fit-termini tar-referenzi ghall-inkjesta tal-NAO mitluba mill-Oppożizzjoni, li tinvestiga jekk il-sullokazzjoni tal-uffiċji tagħha għand l-ARMS jiksirx il-kuntratt tal-kera pubblika.

Bonnici jemmen li għandha tkun il-qorti li tiddeċiedi dwar biċċiet mill-investigazzjoni. Bonnici sostna li l-Gvern mhux kontra investigazzjoni mill-NAO. Qal iżda li l-Gvern huwa favur investigazzjoni li tiffoka aktar fuq il-kwistjonijiet ta' amministrazzjoni tajba aktar milli kwistjoni li ssir eżerċizzju legali aktar adattat għall-qorti tal-liġi. Il-Gvern ħa jqajjem il-kwistjoni fil-PAC jekk ma jkunx hemm qbil, sostna Bonnici.

L-Oppożizzjoni trid verifika ta' €309,750 f'kuntratt ta' 5 snin li għandu l-GWU biex jikri uħud mill-uffiċji tal-Belt Valletta lill-ARMS. Skont l-att pubbliku għall-kwartieri tal-Belt, il-GWU tista' tuża dan l-ispazju biss għal kumpanija li fiha għandha 51% mill-isħma - li mhux il-każ għall-kumpanija tal-gvern ARMS.

Bħalissa l-uffiċji tal-ARMS jinstabu f'Gattard House fil-Blata l-Bajda, iżda l-kumpanija tinstab fi proċess li tiftaħ numru ta' uffiċji reġjonali inkluż fil-Belt.

Il-GWU qalet li l-kuntratt ingħata wara sejħa pubblika li għaliha l-GWU tefgħet l-offerti tagħha. Qalet li l-aktar offerti favorevoli kienu magħżula.

 

More in Politika