Projbizzjoni fuq għotjiet tad-demm minn irġiel omosesswali 'tista' tkun ġustifikata'

Deċiżjoni tal-Qorti Ewropea sitt snin wara li nfetaħ każ minn raġel fi Franza

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustuzzja ddeċidiet li l-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħmlu projbizzjoni għal għomorhom fuq l-għoti tad-demm minn irġiel omosesswali, fejn qalet li tali deċiżjoni "tista' tkun ġustifikata" f'ċertu kazijiet. L-istituzzjoni qalet li jrid ikun hemm konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni li jkun hemm fl-Istat Membru kkonċernat.

Dan kollu ġie sitt snin wara li tobba Franċiżi f'Metz irrifjutaw li Geoffrey Léger jagħti d-demm minħabba li kellu relazzjoni sesswali ma' raġel ieħor. F'April tal-2009, tabib fl-Établissement français du sang, l-Aġenzija Franċiża tad-Demm f'Metz fi Franza ma rrifjutaw li ssir għotja tad-demm minn Léger minħabba li kellu relazzjoni sesswali ma raġel ieħor, ħaġa li l-liġi Franċiża ma tippermettix hekk kif din teskludi b'mod permanenti għotjiet tad-demm minn irġiel li kellhom relazzjonijiet sesswali ta' dan it-tip.

Il-liġi Franċiża ma tippermettix għotja tad-demm minn irġiel omosesswali minħabba li tisħaq li huma aktar suxxettibbli minn gruppi oħra li jkollhom HIV, il-virus li jwassal għall-AIDS.

L-pajjiżi tal-UE għandhom id-dritt li jiddeċiedu huma jekk jaċċettawx għotja ta' demm minn irġiel omosesswali jew le. Dan fost kriterji oħra li wieħed irid jissodisfa biex jitħalla jagħti d-demm.

More in Politika