Il-Gvern ħabbar aktar roħs fil-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass, bil-prezz taċ-ċilindri tal-gass ta’ 12Kg mistenni jkompli jorħos għax-xhur li ġejjin.
Minn €17, il-prezz ser jinżel għal €16.50c, roħs ta’ 50c għal kull ċilindru. Dan huwa l-orħos prezz fl-aħħar 4 snin għall-perjodu ta’ bejn Mejju u Settembru. L-ogħla prezz f’dan il-perjodu f’Mejju tal-aħħar sena taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien €19.70.
Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa rringrazzja lill-kumpanija Liquigas għall-koperazzjoni tagħha biex titkompla l-istabbilità fil-prezzijiet tal-gass u lill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi tal-ħidma tagħha.