Sentenza vendikattiva - Peppi Azzopardi

Il-gazzetta ILLUM ħadet il-kummenti ta’ xi wħud dwar is-sentenza tal-kaċċatur li weħel sena ħabs

Hekk kif ingħatat is-sentenza li ngħatat lil Kirsten Mifsud mill-Maġistrat Francesco De Pasquale mressaq il-qorti akkużat li spara fuq spanjulett, liema tajra protetta spiċċat f’bitħa ta’ skola, bosta bdew jesprimu l-opinjoni tagħhom voċifera dwar dak li ġara – dwar kif persuna li spara fuq għasfur jingħata sena ħabs u €5,000, meta mbagħad f’diversi każijiet ta’ reati meqjusa “aktar serji”, il-pieni jkunu inqas ħorox. Bosta sostnew li bħal donnu l-ġudikatura tiġi affettwata mix-xejriet li jkun hemm fil-pajjiż dak iż-żmien, forsi ħtija xi ftit jew wisq ta’ sensazzjonaliżmu li ma jonqos qatt f’pajjiżna. 

Wieħed minnhom kien Peppi Azzopardi li qal:

“Sentenza vendikattiva”, kienu kliem il-preżentatur ta’ Peppi Azzopardi, fejn kompla billi qal li din “sentenza li jidher biċ-ċar,  hija influwenzata mill-fatt li l-poplu qed jiżbel jara dawn it-tajr protett ikunu maqtula. Iżda din mhux Qorti tal-poplu imma Qorti tal-Ġustizzja. Mhux veru li l-ġustizzja trid issir u tidher qed issir. Il-ġustizzja trid issir. Għax meta ikun hemm tentattivi biex tidher li qed issir,  issir inġustizzja kif ġara f’dan il-każ. Din hija sentenza vendikattiva għax x’se tieħu din il-persuna minn sena habs? Mhux aħjar ħa xogħol fil-kommunità anke biex jifhem aħjar il-ħsara li seta’ għamel?”

Iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM

 

“Din is-sentenza tirrifletti l-ipokrezija ta’ poplu  li jxerred id-dmugħ għal għasfur għax protett u ma jħossx l-istess għal fenek li għada jkun qed jinqela fil-taġnijiet Maltin. Mur ara kieku għal krudeltà mal-fenek nibdew neħlu sena ħabs. Min qed jgħid ma għandux x’jaqsam nistiednu jgħidli x’inhi id-differenza bejn l-ugigħ li jħoss għasfur protett u għasfur li mhux, xi tħoss il-familja ta’ għasfur protett u għasfur li mhux? U bilħaqq, jien ivvutajt le fir-referendum.

 

More in Politika