Il-ħidma tas-sindki fil-lokalità

Terrence Ellul
Terrence Ellul

Is-sindku l-ġdid li se jkollha l-lokalità ta’ Santa Luċija huwa Terrence Ellul li wara l-ġurament tal-ħatra li sar iktar kmieni din il-ġimgħa, jsostni li hu lest għall-ħidma tiegħu f’dan l-irwol ġdid f’din il-lokalità, wara li serva bħala viċi sindku tal-istess lokalità fis-snin ta’ qabel.

“Nibda biex l-ewwel u qabel kollox, nirringrazzja lir-residenti ta’ Santa Luċija tal-fiduċja li wrew fija għaliex mingħajrhom, ma kontx se nikseb dan ir-riżultat, u għalhekk ngħidilhom grazzi mill-qalb.

Il-ħidma tiegħi fil-Kunsill Lokali u l-irwol ta’ sidku huma li se nkun aktar viċin tar-residenti, inkomplu fuq ix-xogħol li beda s-sindku ta’ qabli, s-Sur Frederick Cutajar u ta’ dan nirringrazzjah. sabiex inkomplu fuq it-tajjeb li bena. Se nkunu qegħdin naħdmu biex nagħmlu l-aħjar użu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll nitolbu l-għajnuna tal-Gvern biex inkunu qegħdin inwettqu diversi proġetti. Se nkunu qegħdin naħdmu biex nibdew noħolqu l-attivitajiet li Santa Luċija hija nieqsa ħafna minnhom. Fil-ġranet li għaddew, bħala grupp tal-Kunsill Lokali, ħadna l-ħatra ta’ Sindku, viċi sindku u kunsilliera sabiex minnufih, tibda l-ħidma bħala tim wieħed magħqud biex flimkien naħdmu għall-gid tal-komunità ta’ Santa Luċija li tant għandna għal qalbna.

More in Politika