Malta m'għandhiex rekord ħażin fl-ambjent – Karmenu Vella

Vella hu meqjus bħala nifs ġdid mal-ambjentalisti

Vella hu meqjus bħala nifs ġdid mal-ambjentalisti
Vella hu meqjus bħala nifs ġdid mal-ambjentalisti

“Jien Kummissarju għall-EU nominat minn Malta u mhux Kummissarju għal Malta. L-ambjentalisti u l-għaqdiet li jirrappreżentawhom, xogħlhom hu li jiġbdu l-attenzjoni tagħna fejn jaħsbu li jistgħu jitjiebu l-affarijiet.” Dan qalu l-Kummissarju Karmenu Vella f’intervista esklussiva mal-ILLUM fi Brussell.

Vella qal li wieħed irid jifhem li hu, għalkemm hu Malti, ma jirrappreżentax lil Malta. B’hekk waqt l-intervista ma setax jitkellem wisq fuq Malta iżda fuq dak kollu li jolqot lill-Ewropa kollha.

Mistoqsi x’differenza jara mill-politika Maltija u dik Ewropea wara 38 sena fil-Parlament Malti Vella qal “Hemm xi differenzi. Żgur li hi inqas polarizzata, u żgur li m’hawnx il-politika partiġġjana bejn il-kummissarji. Hawhekk il-kummissarji huma naturalment responsabbli għall-oqsma rispettivi tagħhom, iżda naħdmu wkoll f’tims. Kull kummissarju jiġi minn sistema politika differenti, madankollu hemm l-għanijiet ewlenin li jgħaqqduna fil-ħidma tagħna. Tabilħaqq magħqudin fid-diversità.”

Karmenu Vella qal li l-Kummissarji jkollhom kuntatt dirett ma’ dawk li l-politika tagħhom taffetwahom “Organizzazzjonijiet Non-Governattivi (NGOs), għaqdiet rappreżentattivi u l-bqija. F’dawn il-laqgħat hemm it-trasparenza. Bħala kummissarju per eżempju, kemm jien kif ukoll il-membri tal-kabinett tiegħi nistgħu niltaqgħu biss ma’ għaqdiet, NGOs jew entitajiet li isimhom jidher f’dak li jissejjaħ ir-Reġistru ta’ Trasparenza. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, l-għanijiet tal-politika, kemm Maltija kif ukoll dik Ewropea huma l-istess – aktar impjiegi, tkabbir ekonomiku, investiment u l-bqija.”

Aqra l-intervista sħiħa fil-gazzetta ILLUM

More in Politika