L-Universita trid tinfetaħ fin-nofsinhar ta’ Malta – Joseph Muscat

Jekk is-‘south’ tajjeb għall-impjanti allura hu tajjeb ukoll għall-universitá

Jekk is-‘south’ tajjeb għall-impjanti allura hu tajjeb ukoll għall-universitá
Jekk is-‘south’ tajjeb għall-impjanti allura hu tajjeb ukoll għall-universitá

“Jekk is-‘south’ tajjeb għall-impjanti allura hu tajjeb ukoll għall-universitá” Dan qalu l-Prim Ministru Joseph

Muscat qal li l-element priojoritarju għall-gvern f’dan il-proġett huma li jispiċċa l-monopolju fil-qasam tal-edukazzjoni u li din l-Universita tinfetaħ fin-nofsinhar ta’ Malta.

Il-Prim Ministru saħaq li permezz ta’ din l-universitá se jiżdiedu mhux biss l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni fiż-żona iżda se jiżded ukoll il-valur tal-propjetá u iġġib lejn iż-żona taħlita ta’ kulturi.

Saħaq li jekk ikun hemm alternattiva serja għal fejn għandha tinbena l-università, il-Gvern lest li jikkunsidraha. Żied li se jkun hemm proċess miftuħ u trasparenti biex ix-xogħol tal-MEPA jkun għall-iskrutinju tal-pubbliku. Sostna li jekk ma jkunx hemm ideat alternattivi oħra, mhux se jħalli proġett, li se jfisser €70 miljun għal pajjiż fis-sena, jispiċċa fix-xejn.

Muscat temm jgħid “Permezz ta’ dan l-investiment il-Gvern se jnaqqas l-iżbilanċ ekonomiku u soċjali bejn tramuntana u nofsinhar u bħal ma’ l-Gvern attira l-iskola tal-mediċina f’Għawdex issa in-nofsinnhar ukoll qed jara investiment importanti li jixraqlu.” 

More in Politika