L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia llum iltaqa' maċ-Chairman tal-Parlament tal-Georgia David Usupashvili.
It-tnejn saħqu fuq r-relazzjonijiet eċċellenti li hemm bejn Malta u l-Georgia. Farrugia tkellem fuq kif Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li rratifikaw il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia. Huwa żied jgħid li għal stati żgħar, bħalma huma Malta u l-Georgia, il-kollaborazzjoni hija importanti. Żied jgħid li Malta issa għandha l-benefiċċju ta' esperjenza ta' aktar minn 10 snin bħala pajjiż tal-UE, liema esperjenza tista' tinqasam.
David Usupashvili saħaq kemm l-iskambji fuq livell ta' parlament dwar kwistjonijiet ta' interess komuni jgħin l-ħidma tal-Eżekuttiv miż-żewġ pajjiżi. Iż-żewġ naħat qablu li l-pass li jmiss ikun t-tnedija ta' Parliamentary Friendship Group bejn il-Georgia u Malta, sabiex iż-żewġ naħat ikollhom aġenda komuni fuq kwistjonijiet li jinteressaw lit-tnejn, speċjalment issa li l-ftehim ta' assoċjazzjoni ġie ratifikat.