Konsulenti jikkonfermaw li l-konkrit fl-Emerġenza ta’ Mater Dei hu nferjuri

Il-gvern isejjaħ laqgħa urġenti ma’ Skanska

F’konfernza tal-aħbarijiet kmieni wara nofs in-nhar, il-Ministru għas-Saħħa u Enerġija Konrad Mizzi qal li r-rapport magħmul mill-kumpanijja ARUP jikkonferma li l-konkrit tal-Emeġenza fl-isptar Mater Dei hu wieħed inferjuri.

Il-kampjuni tal-konkrit li ttieħdu mill-kolonni tad-dipartiment juru li għalkemm il-konkrit hu nferjuri, il-bini hu sod biex jitkompla għaddej ix-xogħol tal-Emeġenza fih.

Mizzi qal li nkjesta oħra, din id-darba dwar ir-responsabbiltà tal-inġiniera ta’ Skanska u li qed titmexxa mill-Imħallef irtirat Philip Sciberras, għandha tkun lesta sal-ġimgħa d-dieħla waqt li żied jgħid li l-gvern talab laqgħa urġenti ma’ Skanska. Il-Ministru saħaq li l-gvern qed iżomm id-dritt li jfittex għad-danni meħtieġa biex tkun indirizzata l-problema.

Konrad Mizzi temm jgħid li ARUP qed jiffinalizzaw id-disinji għax-xogħolijiet meħtieġa biex titranġa s-sitwazzjoni u li x-xogħolijiet se jsiru wara sejħa pubblika. Intant, l-ILLUM hu nfurmat li anke l-konkrit tal-bini fejn hemm is-swali tal-pazjenti hu wieħed inferjuri għalkemm mhux daqs id-dipartiment tal-Emeġenza.  

 

 

More in Politika