Jirriżenja s-sindku laburista ta' Ħal-Tarxien

Jgħid li ma jistax jaħdem mingħajr fondi

Ftit tal-ħin ilu Joseph Abela s-sindku Laburista ta' Ħal-Tarxien li ilu hemm mill-2013 ħabbar fuq il-paġna tal-facebook tiegħu li rriżenja mill-kariga ta' sindku għax skont hu ma felaħx imexxi kunsill għal sentejn sħaħ bla finanzi. Ilmenta wkoll minn tfixkil intern fl-istess Kunsill. Kienu diversi dawk li weġbuh fuq is-sit tiegħu u qalulu li se jimmissjaw sindku li kien jirsisti ħafna għar-raħal. 

L-istatus li kiteb kien dan:-

Bongu minn qalbi lil kulhadd ilbierah tajt ir-rezenja tieghi bhala Sindku tar-Rahal ghaziz taghna ta' Hal Tarxien.Kienet iebsa ghalija din id-decizzjoni mhux ghax ma pruvajtx inkompli jew ghax mhux kapaci imma ma flahtx iktar immexxi Kunsill ghal sentejn shah bla finanzi.Sentejn inhallas lil kuntrattur fuq toroq ghax il-Kunsill u d-dipartiment igghelek ma tonfoq xejn u ma dan kollu tfixkil intern .

More in Politika