Żewġ deputati laburisti jingħaqdu fi front Ħarsien ODZ

Jinħoloq grupp favur l-ODZ

Il-whip tal-Parlament id-deputat Laburista Godfrey Farrugia u d-deputat Marlene Farrugia huma fost dawk il-membri mis-soċjeta ċivili li ngħaqdu flimkien f'kampanja favur il-protezzjoni tal-ODZ.


Dan il-grupp imsejjaħ 'Front Harsien ODZ'  immexxi mis-soċjologu u eks  chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Micheal Briguglio, organizza ruħu uffiċċjalment waqt laqgħa għal pubbliku barra l-bini l-ġdid tal-Parlament. Dan l-NGO inħoloq bħala ritaljazzjoni għall-iżvilupp li propost li jsir f'Żonqor Point. L-għan ewlieni ta' dan il-grupp hu li jissalvagwardja is-siti ODZ bħal dawk id-90,000 metru kwadru ta' Żonqor Point.

Dan il-front mhux wieħed politiku iżda wieħed ambjentali u hu miftuħ għar-residenti, indibvidwi minn kull sezzjoni tal-ħajja u organizazzjonijiet oħra li għandhom l-istess twemmin favur l-ambjent.

Għal aktar informazzjoni l-pubbliku hu mitlub li jibgħat email lil [email protected] u li jsegwi lil grupp fuq il- Facebook Page, Front Ħarsien ODZ.
 

 

More in Politika