Il-Partit Nazzjonalista eleġġa l-eżekuttiv il-ġdid magħmul minn 18 il-membru fosthom kif kien mistenni, Rosette Thake li qed tissemma bħala l-persuna li possibilment tista’ tieħu post Chris Said bħala Segretarju Ġenerali.
Thake, li għandha tlett’ itfal, hi fost il-favoriti ta’ Simnon Busuttil għall-kariga ta’ segretarju ġenerali hekk kif l-istess Busuttil kien ta’ x’wieħed jifhem li s-segretarju ġenerali l-ġdid mhux neċessarjament għandu jkun xi ħadd mill-grupp parlamentari nazzjonalista. Kien ukoll l-istess Busuttil li appunta lil Rosette Thake fil-bord tal-AŻAD u kif ukoll mexxiet l-ewwel konvenzjoni tal-partit bħala President. Thake kienet ukoll membru tal-kumissjoni li ħatar il-partit nazzjonalista biex janalizza t-telfa tal-elezzjoni ġenerali fl-2013.