It-tabib kantant jiddisassoċja ruħu mill-politika
Jgħid li xogħlu jgħoġbu u m'għandu l-ebda interess li jkun involut fil-politika
More in Politika
Jgħid li xogħlu jgħoġbu u m'għandu l-ebda interess li jkun involut fil-politika
Fil-Kunsill Ġenerali tal-PN deher jagħmel diskors it-tabib kantant Gianluca Bezzina fejn intlaqa b'applaws kbir min-Nazzjonailst preżenti li fit-tabib Bezzina raw 'futur kandidat' li jħaddan Partit li qed jiġġedded. Kien hemm kritika wkoll għad-diskors tiegħu li kellu xaqliba konservattiva fejn it-twissijiet lejn il-poltiċi dwar moralita ttieħdu li hu ma qabilx mal-unjoni ċivili u diversi liġijiet oħra għal minoranzi biex jintrebħu l-voti.
Iżda dalgħodu fuq il-facebook tiegħu Gianluca ċaħad dan kollu, iddisassoċja ruħu mill-politika partiġġjana u anzi qal li xogħlu jgħoġbu u m'għandu l-ebda interess li jkun involut fil-politika u kiteb ir-raġunijiet għaliex tkellem fil-Kunsill tal-PN u x'ried ifisser eżatt b'dak li qal.
L-istatus tiegħu fil-facebook hu dan:-
Biex inkun iktar ċar dwar il-kummenti ta lbierah....
Biex tħaddan valuri tajbin la hemm għalfejn tkun Kattoliku u lanqas konservattiv. Fid-diskors qatt Ma ssemmew civil union rights (dritt mistħoqq lil minorità, hi min hi, dejjem huwa moralment korrett) u lanqas ma ntefa' kulħadd fl-istess keffa ta’ nisrani. Huma ħafna dawk li sfortunatament il-kelma morali jħalltuha ma’ reliġjon, jew inkella, jekk persuna taċċetta stedina biex twassal l-opinjoni tagħha, bilfors trid tidher li qed ‘tiċċappas’ politikament.
Naħseb li din, fil-verità, hija l-mentalità konservattiva ta’ ħafna – dawk li jippruvaw dejjem jinterpretaw kulma jintqal bin-nuċċali konservattiv tagħhom ta’ ‘laburist’, ‘nazzjonalist’, ‘ateist’, ‘nisrani’, ‘opportunist’, ‘fanatiku’, ‘omosesswali’, ‘eterosesswali’, eċċ. Ilkoll nafu li l-umanità hija ħafna aktar kumplessa minn hekk.
Id-diskors sempliċiment jagħti parir newtrali lil kwalunkwe partit fl-oppożizzjoni (mhux neċessarjament f’Malta) biex jibqa’ jżomm sodi l-prinċipji tiegħu (xi ħaġa li għandu jkollu kull partit, bħalma għandu jkollha kull kumpanija, istituzzjoni, organizzazzjoni, eċċ) u ma jċedix dawn il-prinċipji biex jakkwista l-voti, anke jekk ikollu jistenna aktar minn ħames snin sa ma jmissu jiggverna. U la l-kelma prinċipji u lanqas morali m’għandhom qatt jiġu interpretati bħala konservattiviżmu reliġjuż. Ir-rispett lejn l-umanità għandu jiggwida l-morali, bħalma, wara kollox, ir-rispett lejn ħaddieħor jiggwida l-manjieri.
Ma għandi l-ebda interess li nkun involut fil-politika għax xogħli jogħgobni u nagħmlu bil-qalb. Id-diskors kellu iktar iservi ta' parir sottili għall-politikanti kollha, taż-żewġ naħat, biex ikunu iktar sodi fejn jidħlu morali....minflok nitkaxkru mal-bqija tad-dinja.