Busuttil kien diġà jaf bit-telfa elettorali tal-2013

"Staqsieni 'għaliex bqajt għaddej bix-xogħlijiet, minkejja li m'aħniex ħa nerġħu niġu eletti?'" - il-whistleblower Joseph Cauchi
 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien diġà jaf minn qabel li kienet mistennija telfa elettorali tal-elezzjoni ġenerali tal-2013 - dan hekk kif ilbieraħ fil-Qorti, waqt li beda jinstema' l-każ ta' Anthony Debono, il-whistleblower Joseph Cauchi qal lill-Qorti li meta ltaqa' ma Busuttil biex jgħidlu li Debono ma kienx ħallsu ta' xogħlijiet li kien talbu jagħmel, il-kap tal-PN jidher li staqsih għaliex ma waqqafx ix-xogħlijiet meta kollox kien jindika li n-Nazzjonalisti ma kinux ħa jerġgħu jitilgħu fil-Gvern.

Il-kuntrattur Joseph Cauchi, magħruf bħala is-Sansun, beda jiddeskrivi laqgħa li saret ma' Busuttil dwar ix-xogħlijiet għall-voti li allegatament saru f'Għawdex. Cauchi kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni ta' evidenza kontra Anthony Debono - ir-raġel tal-ekx Ministru għall-Għawdex Giocanna debono fuq miżappropjazzjoni ta' fondi pubbliċi, fost 13-il akkuża oħra.

Cauchi sostna li kien dovut madwar €70,000 għal xogħlijiet li saru għall-Unit tal-Kostruzzjoni u l-Ġestjoni tal-Ministeru t'Għawdex (CMU), li dak iż-żmien kien jitmexxa minn Anthony Debono. Meta pprova jiġbor il-flus li kien dovut, id-direttur tax-xogħlijiet tal-ministeru, Joseph Portelli qal li ma setax iħallsu.

Kien hawn li bagħat l-email lil Busuttil, fejn iltaqa' miegħu mal-whip tal-PN David Agius u wegħdu li "ħa jinvestiga u jerga' jkellmu".

Dan minkejja li Agius kien sostna li kien se jkeċċi sindki li jinqabdu b'każijiet ta' korruzzjoni. "Meta ltqajt miegħu, Simon Busuttil staqsieni għaliex bqajt għaddej bix-xogħlijiet, minkejja, qalli li 'ma tafx li m'aħniex ħa nerġħu niġu eletti?"sostna Cauchi.

More in Politika