Simon Busuttil jgħid li l-whistleblower xehed b'mod falz
Il-Gvern jikkundanna dak li qal Busuttil - 'dan jista' jgerrex persuni oħra li jridu jikxfu l-korruzzjoni'
More in Politika
Il-Gvern jikkundanna dak li qal Busuttil - 'dan jista' jgerrex persuni oħra li jridu jikxfu l-korruzzjoni'
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed isostni li dak li qal fil-Qorti l-whistleblower Joe Cauchi mhuwiex minnu u fil-fatt, dan qatt ma kien kellmu dwar xogħol fil-privat jew invoices foloz. Minħabba f'hekk, Busuttil ippreżenta protest ġudizzjarju fil-Qorti fejn sostna li Cauchi ta xhieda falza fil-Qorti. "Il-fatt illi gideb bil-ġurament għandu jwassal ukoll biex il-protezzjoni ta' 'whistleblower' titneħħa"
Busuttil sostna li fil-laqgħat li kellu ma' Cauchi, dan tal-aħħar qatt ma semma li x-xogħlijiet li kellu jitħallas għalihom kienu saru għall-voti, jew li saru għal individwi privati jew li kienu jinħarġu invoces foloz. Busuttil tenna li Cauchi iltaqa' miegħu f'Ġunju tal-2013 meta laħaq kap tal-Partit fejn qallu li kien qed jistenna li jirċievi xi flus mill-Ministeru għall-Għawdex u kien inkwetat li jekk jinbidel il-Gvern, ma kienx se jitħallas.
Busuttil kompla jgħid li meta ltaqgħu, qatt ma ssemma li hu kien qed jistenna l-ħlas għal xogħlijiet illegali għaliex kieku għamel hekk, ma kienx mistenni li jitħallas legalment. "Qed ibiddel il-verżjoni issa għaliex hekk jaqbillu issa," kompla jgħid Busuttil.
Żied jgħid li l-allegazzjoni li għamel Cauchi li hu ma missux għamel dawn ix-xogħlijiet għaliex kien jaf li l-PN ma kienx mistenni jirbaħ l-elezzjoni, ma jagħmlux sens.
L-istatus li għandu Cauchi ta' whistleblower, kompla jgħid Busuttil, huwa bbażat fuq l-allegazzjonijiet malafamanti li għamel fuq il-PN u fuq Busuttil bħala kap tal-partit. "Dan kollu qed jirredikola l-istaus ta' whistleblower li ingħata lil xi ħadd li kif ammetta hu stess għamel xogħlijiet illegali u fittex li jitħallas. Dan mhux il-mod ta' kif għandha itħaddem il-protezzjoni għall-whistleblower f'demokrazija."
5. Mr Cauchi’s protection as a so-called whistleblower hinges on his slander against the PN and myself as party leader. The more he lies about us the more likely he is to get paid for illegal works he admits to have performed. In this he is being aided and abetted by a Justice Minister who is shamefully using the law as a political weapon against his political opponents. This is also making a mockery of the whistleblower protection which has been given to someone who by his own admission conducted irregular works and sought undue payment for them and who now has a vested financial gain in the claims he is making. This is not the way whistleblower protection should work in a democracy.
Qal li se jħalliha f'idejn il-pubbliku biex jaraw lil min se jemmnu, jekk hux lilu jew lil Cauchi li ammetta li għamel l-illegalitajiet.
Temm jgħid li jekk hemm xi ħadd li kien jaf b'dawn l-allegazzjonijiet u ħallihom moħbija, dawn kienu Joseph Muscat u Anton Refalo. "Joseph Muscat żgur kien jaf għaliex huwa ċar li l-PL żvelaw dawn l-allegazzjonijiet lill-media lejliet kampanja eletorali għall-Kunsilli Lokali."
B'reazzjoni għal dan, il-Gvern qal li dan huwa att mill-aktar gravi, hekk kif il-whistleblower jikkwalifika għall-protezzjoni wara proċess rigoruż li jinvolvi lill-Avukat Ġenerali, lill-Pulizija u lill-Qrati, li jiddeċiedu jekk persuna jkunx ħaqqha li tingħata din il-protezzjoni.
"Ghalhekk, l-attakk tal-Kap tal-Oppożizzjoni mhuwiex biss fuq il-persuna jew fuq materja politika, iżda huwa attakk fuq l-istituzzjonijiet u jista’ sfortunatament igerrex persuni oħra li jridu jikxfu korruzzjoni."