Rimi t’annimali mejta

Nagħġa fil-bajja tal-Għadira

Nagħġa fil-bajja tal-Għadira
Nagħġa fil-bajja tal-Għadira
Ħanżir li nstab f'Wied is-Sewda
Ħanżir li nstab f'Wied is-Sewda

Jidher li l-kampanja t’għarfien dwar tindif u rimi ta’ skart mhux qed tasal kif mixtieq hekk kif qed jiżdied b’mod allarmanti r-rimi ta’ skart inkluż annimali mejta. Fost dawn hemm nagħġa mejta u fi stat qawwi ta dekompożizzjoni li nstabet fuq ir-ramel fil-bajja tant popolari tal-Għadira. Każ ieħor hu dwar ħanżir li nstab mejjet mormi fi xkora f’Wied is-Sewda, Haz-Zebbug li ħalla ntejjen qawwija.

Dawn l-annimali u kief ukoll skart ieħor qed jinġabru mill-ħaddiema tad-Direttorat ghat-Tindif.

Matul is-sena li għaddiet, id-Direttorat ġabar 14,600 tunnellata skart, 33 fil-mija skart aktar mis-sena 2013, meta nġabru 9,600 tunnellata. Fl-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena diġà nġabru 26% iktar skart milli nġabru fl-ewwel 4 xhur tas-sena l-oħra. Dan ifisser aktar ħidma u aktar produttività u li l-ħaddiema qed jagħmlu iktar xogħol, però ma jfissirx li l-poplu jista’ jkompli jabbuża mis-sistemi.

 

More in Politika