L-unika nomina għal Segretarju Ġenerali tal-PN hi ta’ Rosette Thake

Jagħlaq il-perjodu tan-nomini għall-elezzjoni tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista

Rosette Thake
Rosette Thake

Illum f’nofsinhar, għalaq il-perjodu li matulu setgħu jintefgħu n-nomini għall-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.

In-nomini li ġew sottometti huma dawn :

Segretarju Ġenerali – Rosette Thake

Assistent Segretarju Ġenerali – Jean Pierre Debono

President Kunsill Amministrattiv – Karol Aquilina

President Kumitat Eżekuttiv – Ann Fenech

Teżorier – Alex Perici Calascione

Segretarju Internazzjonali – Trevor Degiorgio

L-elezzjoni għal dawn il-karigi ssir nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju

Rosette Thake, li għandha tlett’ itfal, kienet idetifikata bħala fost il-favoriti ta’ Simnon Busuttil għall-kariga ta’ segretarju ġenerali hekk kif l-istess Busuttil kien ta’ x’wieħed jifhem li s-segretarju ġenerali l-ġdid mhux neċessarjament għandu jkun xi ħadd mill-grupp parlamentari nazzjonalista. Kien ukoll l-istess Busuttil li appunta lil Rosette Thake fil-bord tal-AŻAD u kif ukoll mexxiet l-ewwel konvenzjoni tal-partit bħala President. 

Thake kienet ukoll membru tal-kumissjoni li ħatar il-partit nazzjonalista biex janalizza t-telfa tal-elezzjoni ġenerali fl-2013.

More in Politika