Il-President ta’ Malta appuntata fuq il-kunsill ‘Missing Children Europe’

Federazzjoni Ewropea li tissielet għal tfal rrapurtati nieqsa

Federazzjoni Ewropea li tissielet għal tfal rrapurtati nieqsa
Federazzjoni Ewropea li tissielet għal tfal rrapurtati nieqsa

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, ġiet appuntata fuq il-Patron’s Council tal-federazzjoni ‘Missing Children Europe’, immexxija mir-Reġina Paola tal-Belġju.

L-organizazzjoni ‘Missing Children Europe’, hija federazzjoni Ewropea li tissielet għal tfal rrapurtati nieqsa u dawk li jiġu abbużaati.  Il-Federazzjoni tirrapreżenta 30 għaqda mhux governattiva fl-Ewropa.

Kull sena, fl-Ewropa madwar kwart ta’ miljun tifel u tifla jiġu rrapurtati nieqsa u jispiċċaw isofru diversi tipi ta’ abbuż jew vjolenza.  ‘Missing Children Europe’ qed tissielet għal ħolqien ta’ sistemi li jipproteġu lil dawn it-tfal.

More in Politika