Il-PN mhux ġenwin u maħniex se nikkampanjaw ma' ipokriti - AD

Front Ħarsien ODZ ħabbar li mhux se jattendi din l-attivita għax hi waħda organizzata minn partit politiku

Il-Viċi Chairperson tal-Alternattiva Demokratika (AD), Carmel Cacopardo, qal li l-Alternattiva m'għandhom l-ebda intenzjoni li jattendu l-protesta tal-PN favur l-ODZ.

"Jien ma nikkampanjax ma' min hu ipokrita għax il-PN mhux ġenwin dwar din il-kwistjoni."

Intant anke l-Front Ħarsien ODZ fuq is-sit tal-Facebook ħabbar li mhux se jkun qed jattendi minħabba li din l-attività hija organizzata minn partit politiku u l-Front mhu allineat ma’ ebda partit. 

More in Politika