DeMarco kien kontra li joħroġ David Casa għal segretarju Ġenerali

Ħafna ħasbu li l-ħatra tiegħu setgħet tiftaħ pjaga mal-midja Nazzjonalista

David Casa, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista sab ħafna oppożizzjoni biex joħroġ għall-post ta’ Segretarju Ġenerali.  Fost l-iktar nies li kienu kontra li joħroġ kien hemm Mario de Marco li għamilha ċara ma’ ħafna nies li Casa fit-tmun ikun ifisser problemi serji għalih.

Casa li kien viċin ħafna ta’ missier de Marco u anki kien ħadem fil-Ministeru tiegħu. Huwa magħruf għall-elokwenza tiegħu u pożizzjoni stretta tiegħu fil-PN.

Filwaqt li huwa popolari mal-partitarji ħafna uffiċjali kienu beżgħana li l-ħatra tiegħu minflok Rosanne kienet ser twassal għal problemi interni u tiftaħ pjaga mal-media.

 

More in Politika