Il-mara ta' Manuel Mallia tieħu ċ-ċittadinanza f'inqas minn 9 xhur
Żewġ ċittadini Ewropej miżewġin Malta għal aktar minn seba snin ilhom sentejn jistennew li l-applikazzjoni tagħhom timxi
More in Politika
Żewġ ċittadini Ewropej miżewġin Malta għal aktar minn seba snin ilhom sentejn jistennew li l-applikazzjoni tagħhom timxi
Il-Malta Today talbet skont il-liġi l-applikazzjoni tal-mara tal-eks ministru Manuel Mallia li sa Marzu 2014 kienet Rumena u fl-informazzjoni tneħħew l-indirizz u anke l-isem tal-isponsor tagħha u fil-fatt dwar dawn it-tneħħijiet il-Malta Today ipprotestat mad-dipartiment. Skont il-liġi l-isponsor ta meta persuna titlob li ssir ċittadina Maltija trid tkun jew membru parlamentari, inkella membru tal-ġudikatura, avukat jew tabib, uffiċċjal għoli tal-pulizija jew l-armata, jew kappillan li jista jiċċertifika li hi/hu ta' karattru tajjeb.
Mallia u martu żżewġu f'Lulju tal-2012 u applikat għaċ-ċittadinanza fuq il-bażi li tkun ilha tgħix mill-inqas seba snin f'Malta.Il-PN dan l-aħħar akkuża lil eks ministru li hu raha li l-applikazzjoni ta' martu tiġi mmexxija ħafna 'l quddiem, xi ħaġa li Mallia ċaħad. L-ID Malta min-naħa tagħha meta għaddiet id-dokumenti lil Malta Today neħħiet l-isem ta' min sponsorja lil mart l-eks ministru. Sadattant żewġ ċittadini ewropej tkellmu mal-Malta Today fejn qalulhom li l-burokrazija li ltaqgħu magħha biex jieħdu ċittadinanza Maltija hi kbira wisq. Qalu li ilhom jgħixu Malta mill-2003 u ilhom miżżewġin Maltin aktar minn seba snin u xorta għadhom ma ħadux iċ-ċittadinanza anke wara li ilhom li applikaw aktar minn sentejn.