Polidano Group jiċħdu allegazzjonijiet dwar konkos dgħajjef fil-bini tal-power station il-ġdida

Dan wara li l-gazzetta The malta Independent on Sunday ħarġet bl-aħbar

Il-kumpanijja Polidano Group qed tiċħad l-allegazzjonijiet li hemm fir-rapport li sar fuq The Malta Independent on Sunday li qed isostni li l-power station il-ġdida li qed tinbena mill-gvern laburista f'Delimara hi ffaċċjata b'kontroversja li fil-bini tagħha instab konkos inferjuri u dgħajjef.  Ir-rapport isostni li l-konkos tpoġġa minn Polidano Group li minn naħa tagħhom saħqu li l-kumpannija qatt ma kienet involuta f’provvista ta’ materjal għall-power station il-ġdida.

 

 

 

More in Politika