L-inkjesta interna dwar l-esproprjazzjoni ta' Gaffarena se tkun ippubblikata

L-Oppożizzjoni takkuża lill-Gvern li ntalbet inkjesta minn l-IAID għax dawn ir-rapporti ma jiġux ippubblikati

Il-Gvern ikkonferma li l-investigazzjoni mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet u Awditjaw Intern (IAID) dwar il-ftehim tal-esproprjazzjoni se tinħareġ fil-pubbliku.

"Huwa ċar li l-gvern ħa jippubblika l-inkjesta," intqal mill-Uffiċju tal-Prim Ministru f'dikjarazzjoni. Dan b'reazzjoni għall-akkużi li saru mill-Oppożizzjoni li ġiet ordnata l-inkjesta tal-IAID għax dawn ir-rapporti "ma jiġux ippubblkati".

Aktar kmieni l-PN tenna li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien jinstab daru mal-ħajt u li "f'reazzjoni ta' paniku" ordna l-investigazzjoni tal-IAID.

L-Oppożizzjoni rreferiet għall-IAID bħala "Dipartiment ta' Kastilja", u qalet li hemm differenza bażika bejn l-Uffiċju tal-Awditjar Nazzjonali (NAO) u l-IAID. L-NAO se jkun qed jagħmel l-investigazzjoni tiegħu dwar l-istess każ, wara talba li saret mill-Oppożizzjoni.

 

More in Politika